|
Novembru 2002
Reazzjoni ghal stqarrijiet fuq il-medja lokali rigward l-omosesswalita'
B’reazjoni ghal dak li ntqal waqt il-programm Xarabank tal- 15 ta’ Novembru 2002 l-Assocjazzjoni Psikologika Maltija tixtieq ticcara l-pozzizjoni taghha rigward l-omosseswalita' mill-perspettiva psikologika.
L-Assocjazjoni theggeg dawk kollha li joffru servizzi psikologici sabiex ikunu minn ta’ quddiem fi sforz biex titnehha l-istigma marbuta mal-omosesswalita'. Dawn ghandhom jirsistu sabiex jifhmu kif din l-istigma li xi drabi twassal sabiex jinholqu precudizji, diskriminazzjoni jew vjolenza ssarraf f’diffikultajiet ghall-persuni b’orjentazzjoni ommosseswali.
Fi qbil mal-Assocjazjoni Psikologika Americana ittenni li l-omosesswalita' per se ma timplika l-ebda nuqqas jew inkapacita fil-gudizju, stabilta, serjeta jew abiltajiet socjali u vokozjonali.
Finalment tfakkar li meta persuna taghmel uzu minn servizz, il-psikologu jew psikologa huwa etikament obligat li jirrispetta l-valuri, twemmin, opinjoniet u xejra ta’ hajja tal-klijent anke meta dawn ikunu differenti mit-twemmin personali jew professjonali ta’ dak li qed joffri s-servizz.
« Back to Press Releases
|